
Macerata
|
Meta fl-1797 il-Ġeneral Bonaparte wasal f’Macerata, dan baqa’ mistgħaġeb bis-sbuħija tagħha tant li kiteb b’entużjażmu dwar dan lil martu. Bejn il-quċċata ta’ l-Appennini u l-baħar, minn fejn kultant jiġu nnutati leħħiet kaħlana, il-belt testendi sa fuq l-għoljiet b’regalita’ ta’ kapitali żghira: palazzi lussużi, mibnija b’sengħa kbira u mżewwqa b’fatturi arkitettonici kolti, knejjes b’diversita’ singulari fl-istorja u fl-istil, pjazez li jadattaw rwieħhom għal art mxaqilba, b’attenzjoni ġejja minn żmien antik għall-konservazzjoni tal-patrimonju u tat-tapezzerija.
Macerata, fil-Marche, tidher bejn il-widien tax-xmajjar Potenza fit-tramuntana u Chienti fix-xlokk. Il-parti antika, fuq gholja b’altitudini ta’ 315 metru, tinsab mdawwra bi swar li ħafna minnu jmur lura għas-seklu XIV. Il-vokazzjoni agrikola tagħha naqset meta mqabbla mal-passat, u l-belt infetħet għal setturi oħrajn tal-kummerċ, dak terzjarju, is-servizzi u l-kultura. Importanti il-prezenza tal-Universita’ u l-Akkademja ta’ l-Arti.
|