Issy-Les-Moulineaux

Il-belt ta’ Issy les Moulineaux li iinsab fuq in-naħa tal-lbiċ tal-belt Kapitali, tul ix-xmara Seine, hija msemmija għall-ewwel darba f’dokument tal-558 bħala kolonja Benedettina.  Post ta’ villeġġjatura ta’ familji importanti fis-Seklu VII, epoka li tmur lura fiż-żmien is-Seminarju ta’  Saint Sulpice, li dak iż-żmien kien għadu jeżisti, il-belt akkwistat bejn wieħed u ieħor l-istess konfini tal-lum billi kellha splużjoni demografika f’epoka industrijali.  Qrib il-15 “arrondissement” ta’ ħdejn il-bieb ta’ Versailles, u kkollegata tajjeb bit-trasport mal-linja 12 tal-metro, u mal-linja l-aktar moderna tal-ferrovija, Issy tilqa’ fiha l-uffiċċji ċentrali tal-aħjar azjendi tas-settur tat-telekomunikazzjoni kif ukoll ammont ta’ kumpaniji importanti. Għaldaqstant, din il-belt tista’ tiddefinixxi ruħha bħala l-belt tal-komunikazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda. Fl-2006 qabżet is-60,000 elf ruħ. Il-ġemellaġġ bejn Macerata u Issy-Les-Moulineux ġie ffirmat fl-1982, grazzi għall-ħbiberija li hemm ma’ Weiden, li magħha il-belt franċiża kienet diġa ġemellata bħala simbolu tar- rikonċiljazzjoni ta’ wara l-gwerra.

 

HOME PAGE