Weiden in der Oberpfalz

Hija belt fil-Bavarja, 100 km fuq il-lvant ta’ Norimberga, u 35km biss mill-konfini mar-Repubblika Ċeka. Il-belt ġiet mwaqqfa fl-1241 u kienet ċentru kummercjali importanti. Fl-1531 Weiden kellha populazzjoni ta’ 2,200 resident. Żewġ każi ta’ nirien, il-pesta, u l-Gwerra tat-30 sena iddistruġġiet il-belt, li ħadet ir-ruħ wara t-tmiem tas-seklu XVIII. Madankollu, fl-1863 il-belt ħadet tassew ħajja, meta Weiden ġiet kollegata mal-ferrovija ewlenija tal-Bavarja.  Il-belt industrijalizzat ruħha malajr, u saret ċentru tal-produzzjoni tal-ħġieġ u tal-porċellana.  Anki l-popolazzjoni tkattret konsiderevolment għal 10,000 ruħ u waslet sa 40,000 resident wara t-tieni Gwerra Dinjija. Il-ftehim ta’ ġemellaġġ bejn Macerata u Weiden imur lura għal 1963 u ġie stipulat meta kien għad fadal l-eku tat-tieni gwerra dinjija u meta it-tifkiriet tal-mibgħeda u r-rivalita’ antika bejn iż-żewġ nazzjonijiet kienu għadhom qawwija.  L-oġġettiv kien dak li r-rapporti ta’ ħbiberija f’kull qasam bejn iż-żewġ popli jiġu mħarsa u mtejba.

 

HOME PAGE